Għajnuna fid-dar (Help at home)
Għal nies bil-kanċer, xi drabi ikun diffiċli li jimmaniġġjaw fid-dar.
Hemm organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu.
Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.
Għajnuna bl-ikel
It-trattament tal-kanċer jista’ jagħmlek għajjien u ma tiflaħx għal xi perjodu. Dan jista’ jagħmel il-preparamenti tal-ikel diffiċli biex timmaniġġja. Madankollu, li tiekol sew huwa importanti meta tkun għaddej bit-trattament u qed tirkupra mill-kanċer.
Teżisti għajnuna biex tipprepara ikel għal nies affettwati mill-kanċer.
- Nies affettwati mill-kanċer jistgħu jkunu eliġibbli għal Meals on Wheels, li jwasslu ikliet f’darek bi prezz baxx. Biex issib servizz tal-Meals on Wheels qrib tiegħek ċempel 1300 679 669 jew mur fuq il-websajt tagħhom li għandha link fl-aħħar tal-paġna. Servizzi lokali tal-Meals on Wheels jitmexxew b’mod indipendenti. Xi wħud jistgħu jitolbuk għal ittra mis-social worker jew tabib tiegħek.
- Jeżistu wkoll xi servizzi kummerċjali. Iċċekkja mal-assistent soċjali fiċ-ċentru tal-kanċer tiegħek dwar x’hemm fil-lokalità tiegħek.
Għajnuna madwar id-dar
Persuni affettwati mill-kanċer jistgħu ikollhom għajnuna fid-dar b’affarijiet bħal tindif, xiri jew biex tmexxi l-kelb, eċċ.
- Il-Cancer Council NSW jipprovdi assistenza finanzjarja għall-ispiża tat-tindif u manteniment tal-ġnien għal persuni affettwati mill-kanċer li ma jistgħux jaffordjaw l-ispiża.
- Tista’ tikkwalifika għal assistenza mid-Department of Family and Community Services.
- Jeżistu wkoll servizzi kummerċjali li jipprovdu għajnuna fid-dar.
- Tista’ tiddiskuti dawn il-kwistjonijiet mat-tabib tal-familja jew social worker tiegħek fejn qed tiġi trattat.
- Jekk inti anzjan, il-Gvern Awstraljan għandu servizzi li jipprovdu għajnuna fid-dar, u sapport jekk qed tieħu ħsieb lil xi ħadd id-dar. Il-websajt ta’ My Aged Care fiha aktar informazzjoni.
Sapport ta’ infermiera fid-dar
Tista’ tikkwalifika għal sapport ta’ infermiera fid-dar jekk għandek bżonnu.
- Jeżistu sapport ta’ infermiera fil-komunità u fid-dar f’xi ċentri tal-kanċer f’ċerti każijiet. Staqsi jekk hemmx servizz fiċ-ċentru tiegħek.
- It-tabib tal-familja tiegħek jista’ jirreferik ukoll għas-servizz lokali ta’ infermiera tal-komunità.