General cancer information

Kwistjonijiet ta’ flus, legali jew ta’ xogħol (Money, legal and work)

General cancer information

Kwistjonijiet ta’ flus, legali jew ta’ xogħol (Money, legal and work) star_border Save this page

Ser ikun hemm żmien meta persuni bil-kanċer jixtiequ pariri dwar kwistjonijiet ta’ flus jew legali. Dawk li jaħdmu jista’ jkollhom ukoll mistoqsijiet dwar l-impjieg u d-drittijiet tagħhom.

Ikun t’għajnuna li tkun taf x’inhuma l-għażliet tiegħek, u minn fejn iġġib sapport u pariri.

Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.

Dwar ix-xogħol u l-kanċer

Hemm ħafna affarijiet li jaffettwaw jekk tistax taħdem waqt li jkollok kanċer, jew meta tkun tista’ tmur lura x-xogħol.

Dawn jinkludu:

  • it-tip ta’ kanċer li għandek
  • f’liema parti ta’ ġismek qiegħed
  • it-trattament li għandek bżonn
  • l-effetti sekondarji li ser ikollok
  • it-tip ta’ xogħol li tagħme

Jista’ jkollok mistoqsijiet dwar x’ser tgħid lil min iħaddmek u lill-kollegi tiegħek, jekk tistax tibdel xogħlijiet jew it-tip ta’ xogħol li tagħmel u x’inhuma d-drittijiet tiegħek. Min jaħdem għal rasu jista’ jkollu tħassib ieħor.

Ix-xogħol jista’ jkun ukoll ta’ tħassib għall-kerers, speċjalment dawk li ser ikollhom bżonn li jkunu assenti mix-xogħol biex jipprovdu kura.

Il-Cancer Council għandu ħafna informazzjoni dwar ix-xogħol u l-kanċer, għal persuni bil-kanċer, kerers, min iħaddem u postijiet tax-xogħol.

Għajnuna bi kwistjonijiet finanzjarji u legali

Hemm diversi organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri u assistenza finanzjarja u legali:

  • Il-Cancer Council għandu firxa ta’ informazzjoni u servizzi – 13 11 21
  • Is-Salvation Army għandha servizz b’xejn ta’ pariri finanzjarji – 13 72 58
  • Can Assist jipprovdi sapport lill-persuni li joqogħdu fil-kampanja ta’ NSW – 1300 226 277
  • Redkite tipprovdi sapport lil tfal u żgħażagħ bil-kanċer jew lill-familji tagħhom – 1800 733 548
  • Kumpaniji tad-dawl, gass, ilma u tat-telefown xi drabi jistgħu jgħinu persuni bi problemi finanzjarji minħabba l-mard.

Id-dipartiment tas-social work (tal-assistenza soċjali) fiċ-ċentru tat-trattament tal-kanċer tiegħek jista’ ukoll jipprovdi informazzjoni dwar assistenza finanzjarja ta’ emerġenza. Itlob lit-tabib jew infermiera tiegħek biex jirreferuk għal social worker (assistent soċjali).

NOTA. Xi servizzi ta’ sapport finanzjarju huma suġġetti għal test tal-mezzi.  

My notes: