General cancer information

Sapport għall-kerers (Support for carers)

General cancer information

Sapport għall-kerers (Support for carers) star_border Save this page

Meta tieħu ħsieb lil xi ħadd bil-kanċer dan jista’ jgħejjik fiżikament u emozzjonalment. Jista’ jaffettwa wkoll lil xogħlok, l-istudju u l-ħajja familjari tiegħek.

Huwa importanti li tieħu ħsieb tiegħek innifsek u li tikseb għajnuna u sapport meta jkollok bżonn.

Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.

Li tkun kerer

Li tkun kerer huwa rwol importanti, imma tista’ tieħu ż-żmien biex taġġusta għal din is-siwazzjoni. Jista’ jkollok bżonn tieħu ħsieb affarijiet li m’intix imdorri bihom, bħal mediċini, appuntamenti jew finanzi. Jekk m’intix żgur, tkellem mal-infermiera, speċjalista jew tabib tal-familja.

Bħala kerer, tista’ tgħaddi minn firxa ta’ emozzjonijiet, inkluż rabja, frustrazzjoni, inkwiet, stress, tħossok waħdek, ħati, sogħba u dipressjoni. Huwa importanti li tieħu ħsieb tiegħek innifsek u tagħraf meta għandek bżonn l-għajnuna.

Kif tikseb sapport bħala kerer

Hemm organizzazzjonijiet li jissapportjaw lill-kerers. Dawn jinkludu:

  • Carer Gateway 1800 422 737
  • Carers NSW 02 9280 4744

Jistgħu jipprovdu informazzjoni u jgħinu biex:

  • tieħu ħsieb tiegħek innifsek
  •  bżonnijiet ta’ saħħa mentali u emozzjonali
  • servizz ta’ pariri (counselling)
  • gruppi ta’ sapport
  • titkellem ma’ professjonisti tas-saħħa
  • tippjana bil-quddiem
  • timmaniġġja mediċini
  • finanzi
  • xogħol
  • kura ta’ respite.

My notes: