Trasport u akkomodazzjoni (Transport and accommodation)
Jista’ jkun li xi persuni ser ikollhom bżonn l-għajnuna biex imorru għat-trattament jew appuntamenti.
F’ċerti sitwazzjonijet jeżisti sapport, inkluż għal persuni li joqogħdu f’komunitajiet rurali jew remoti.
Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.
Servizzi ta’ trasport u akkomodazzjoni
Servizzi li tista’ tuża jinkludu:
- Il-Cancer Council NSW għandu Servizzi ta’ Akkomodazzjoni li jgħinu pazjenti li jivvjaġġaw minn żoni reġjonali u remoti għat-trattament tal-kanċer. Jistgħu jgħinu biex issib akkomodazzjoni affordabbli fil-bliet u postijiet reġjonali.
- Isolated Patients Travel and Accomodation Assistance Scheme (IPTAAS) hija skema tal-Gvern ta’ NSW. Tgħin lil persuni li jridu jivvjaġġaw distanzi twal għat-trattament. Tista’ issib aktar informazzjoni u tapplika fuq il-websajt tagħhom.
- Il-Cancer Council NSW għandu voluntiera li jieħdu nies għal u minn appuntamenti mediċi. Biex tiskopri jekk hemmx servizz fil-lokalità tiegħek, ċempel il-Linja ta’ Informazzjoni u Sapport tal-Cancer Council.
Staqsi lit-tabib jew infermiera tiegħek jekk hemmx servizzi lokali oħra, per eż. Provduti mill-isptar jew gruppi lokali.