Terapiji kumplimentari (Complementary therapies)
Terapiji kumplimentari jintużaw flimkien mat-trattament standard tal-kanċer. Ċerti persuni jsibuhom ta’ għajnuna.
Dejjem iċċekkja mat-tabib tiegħek qabel ma tuża xi terapija kumplimentarja biex tiżgura li hija sikura u li mhux ser tinterferixxi mat-trattament eżistenti tiegħek.
X’inhuma terapiji kumplimentarji?
Ħafna persuni li għandhom il-kanċer jużaw terapiji kumplimentarji. Jistgħu jgħinu bl-effetti sekondarji tat-trattament u l-istress li għandek il-kanċer.
It-terapiji kumplimentarji jintużaw flimkien mat-trattamenti standard tal-kanċer bħal kimoterapija jew radjuterapija. Ma jiħdux post dawn it-trattamenti.
Hemm ħafna terapiji kumplimentarji, fosthom:
- meditazzjoni
- rilassament
- aromaterapija
- akupuntura
- riflessoloġija
- massaġġi.
Xi terapiji jistgħu jinterferixxu mat-trattamenti standard tal-kanċer. Iċċekkja mal-ispeċjalista, tabib tal-familja, spiżjar jew infermiera tiegħek qabel ma tibda xi terapija ġdida.
X’inhuma terapiji alternattivi?
Terapiji alternattivi huma terapiji li jintużaw minflok trattamenti normali tal-kanċer.
M’hemm l-ebda evidenza li l-biċċa l-kbira tat-terapiji alternattivi jaħdmu. Jistgħu jkunu preferuti minn xi persuni imma jekk tużahom jista’ joħloq dewmien għal trattament li jsalva l-ħajja. Dan jista’ jikkawża aktar ħsara milli ġid.
Xi nies jitkellmu dwar terapiji kumplimentarji u alternattivi bħala grupp wieħed. Huwa importanti li tiftakar li m’humiex l-istess ħaġa.
Ara li tgħid lit-tabib tiegħek dwar dak kollu li qed tieħu, inkluż mediċini, ħaxix aromatiċi jew vitamini tradizzjonali, u kwalunkwe terapija oħra li qed tagħmel. Dawn jistgħu jaffettwaw ir-rispons tiegħek għat-trattament.