General cancer information

Tiekol tajjeb (Eating well)

General cancer information

Tiekol tajjeb (Eating well) star_border Save this page

Li tiekol dieta tajba huwa parti importanti li tibqa’ b’saħħtek waqt kif ukoll wara t-trattament tal-kanċer.

Hemm professjonisti tas-saħħa bħal dawk tad-dieta li jistgħu jtuk pariri dwar id-dieta tiegħek u jgħinuk jekk għandek problemi biex tiekol u tixrob.

Dieta tajba

Jekk tiekol dieta tajba waqt it-trattament tal-kanċer tiegħek, tkun tista’ tiffaċċja t-trattament b’mod aħjar u ġismek ser jirkupra aktar malajr.

Għandek ukoll tipprova tixrob ħafna ilma kuljum sakemm it-tabib jew l-infermiera tiegħek ma qalulekx biex ma tagħmilx dan għal raġunijiet mediċi.

Issibha bi tqila tiekol

Hija ħaġa komuni li issibha bi tqila  tiekol u tixrob meta jkollok kanċer, u hemm ħafna raġunijiet għal dan. Xi wħud minnhom huma relatati mal-kanċer innifsu, fil-waqt li oħrajn għandhom x’jaqsmu mat-trattament tal-kanċer.

Jekk inti inkwetat li m’intix tiekol biżżejjed, staqsi biex tkellem lill-espert tad-dieta  fiċ-ċentru tiegħek tat-trattament tal-kanċer . Jistgħu jtuk informazzjoni dwar kif tieħu biżżejjed nutriment adekwat u t-tipi tajbin ta’ ikel li għandek tiekol.  

My notes: