Tieqaf tpejjep (Quitting smoking)
Qatt m’huwa tard biex tieqaf tpejjep. Anki wara dijanjożi ta’ kanċer, jekk tieqaf tpejjep jista’ jtejjeb ir-rispons tiegħek għat-trattament.
Jeżisti sapport biex jgħinek tieqaf tpejjep. Tkellem mat-tabib tiegħek dwar dan.
Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.
Il-benefiċċji li tieqaf
Jekk inti tpejjep u rċevejt dijanjożi tal-kanċer, hemm ħafna benefiċċji jekk tieqaf tpejjep:
- Ikollok anqas effetti sekondarji tat-trattament.
- Ser tirkupra aktar malajr wara t-trattament.
- Ser ikollok anqas ċans li jaqbdek kanċer ieħor.
- Ser tħossok aħjar.
Sapport biex tieqaf tpejjep
Tista’ tikseb għajnuna b’xejn biex tieqaf tpejjep.
Tkellem mat-tabib tal-familja, speċjalista jew infermiera tiegħek meta tkun lest li tieqaf. Jistgħu jtuk aktar informazzjoni u jirreferuk għal servizz ta’ sapport li jgħinek tieqaf.
Hemm ukoll servizzi ta’ sapport b’xejn li għalihom m’għandekx bżonn ta’ riferiment:
Quitline
- Ċempel 13 78 48 biex titkellem ma’ konsulent li jista’ jgħinek biex tieqaf tpejjep.
- Hemm konsulenti li jitkellmu b’diversi lingwi.
- Il-linja hi miftuħa bejn is-7am u l-10.30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u mid-9am sal-5pm is-Sibt, il-Ħadd u f’festi pubbliċi.
- L-ispiża hi l-istess bħal ta’ telefonata lokali.
- Meta tikkuntattjahom, jekk trid jistgħu iċemplulek lura.