General cancer information

Ibqa’ attiv (Staying active)

General cancer information

Ibqa’ attiv (Staying active) star_border Save this page

Meta tieħu parti f’xi attività fiżika din għandha benefiċċji meta jkollok il-kanċer.

Hemm persuni u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuk b’dan. Tkellem mat-tabib jew infermier tiegħek jekk tixtieq tkun taf aktar.

Il-benefiċċji tal-eżerċizzju

Hemm ħafna benefiċċji li tkun attiv u li tagħmel eżerċizzju fiżiku waqt li qed tagħmel it-trattament tal-kanċer.

Dawn jinkludu:

  • li itejjeb il-burdata u l-kwalità tal-ħajja tiegħek
  • li jissaħħu l-muskoli, il-ġogi u l-għadam tiegħek
  • li itejjeb il-livelli tal-enerġija tiegħek
  • inaqqas xi effetti sekondarji tat-trattament
  • itejjeb saħħtek b’mod ġenerali u jnaqqas iċ-ċans ta’ problemi ta’ saħħa oħrajn.

Meta tagħmel l-eżerċizzju

Jekk għaddej bit-trattament,il-ħsieb biss li tagħmel l-eżerċizzju jista’ jġiegħlek tħossok għajjien. Imma, jekk jirnexxielek tagħmel ftit, jista’ jħossok anqas għajjien. Eventwalment, l-ammont ta’ eżerċizzju li tista’ tagħmel jiżdied.

Jekk m’intix ċert jekk attività hix addattata għalik, staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek. Tista’ tistaqsi wkoll jekk hemmx xi programmi lokali ta’ eżerċizzju għal persuni bil-kanċer.

My notes: