Kif tara lil ġismek u l-kunfidenza fik innifsek (Body image and self confidence)
Il-kanċer u t-trattamenti tal-kanċer jista’ jikkawża bidliet li jaffettwaw kif inti tħossok dwar ġismek. Dan jissejjaħ kif tħares lejn ġismek.Meta jkollok il-kanċer jista’ jaffettwa wkoll il-kunfidenza fik innifsek.
Tibdil f’kif tara lil ġismek
Kif naħsbu u xi nħossu dwar ġisimna huwa importanti. Dan jissejjaħ kif tħares lejn ġismek.
Tħassib dwar kif inħarsu lejn ġisimna hu komuni f’persuni affettwati mill-kanċer. Dan minħabba li l-kanċer u t-trattamenti tal-kanċer jistgħu jibdlu kif ġismek jidher, jaħdem u jinħass.
Dawn il-bidliet jistgħu jinkludu:
- li jaqa’ x-xagħar
- nuqqas jew żieda fil-piż
- marki jew telf ta’ parti tal-ġisem wara operazzjoni
- bidliet fil-ġilda u fid-dwiefer
- tħossok għajjien u bla enerġija.
Xi emozzjonijiet li jista’ jkollok jinkludu:
- niket, dwejjaq jew rabja dwar il-bidliet f’ġismek
- tħassib jew tħossok imbarazzat dwar kif jidher ġismek
- ma tħossokx attraenti
- biża’ fuq kif il-bidliet ser jaffettwaw ir-relazzjoni tiegħek
- biża’ fuq x’ser jaħsbu nies oħra.
Il-biċċa l-kbira tal-bidliet huma temporanji, u jseħħu waqt li qed tieħu t-trattament. Xi wħud, bħat-telfien ta’ parti tal-ġisem jew marki wara operazzjoni, huma permanenti. Għandek bżonn iż-żmien u l-għajnuna biex taddatta għal dawn il-bidliet.
Bidliet fil-kunfidenza fik innifsek
Xi persuni jiksbu kunfidenza fihom infushom minn affarijiet li jirnexxilhom jagħmlu, mix-xogħol, dħul, u pożizzjoni tagħhom fil-komunità. Oħrajn jiksbuha billi jkunu involuti f’attivitajiet sportivi jew soċjali. Id-dehra, saħħa u relazzjonijiet tan-nies jaffettwaw il-kunfidenza fihom infushom ukoll.
Dijanjożi u trattament tal-kanċer jistgħu jibdlu dawn l-affarijiet:
- Jista’ jkollok emozzjonijiet li tlift il-kontroll.
- Jista’ jkun hemm xi drabi meta issibha diffiċli biex taħseb u tieħu deċiżjonijiet.
- Jista’ jkun li tinkwieta dwar bidliet f’ġismek, kif jidher u kif jaħdem.
- Tista’ tħossok aktar emozzjonali jew irrabjat.
- Effetti sekondarji bħal għejja u dardir jistgħu jġiegħluk tħossok marid, jew iwaqqfuk milli tagħmel affarijiet li tieħu gost tagħmel.
- Ir-relazzjonijiet tiegħek mas-sieħeb, familja, ħbieb jew kollegi tax-xogħol tiegħek jistgħu jinbidlu wkoll.
Dawn l-affarijiet huma normali wara dijanjożi tal-kanċer, imma jistgħu jaffettwaw il-kunfidenza fik innifsek.
Kif timmaniġġja kif tara lil ġismek u l-kunfidenza fik innifsek
Affarijiet li jistgħu jgħinu jinkludu:
- Agħti ħin lilek innifsek biex taġġusta.
- Ibqa’ attiv u ara li jkollok stil ta’ ħajja b’saħħitha.
- Għaddi ħin mal-familja u ħbieb u agħmel affarijiet li tieħu gost tagħmel.
- ċċa l-kbira tan-nies isibuha ta’ għajnuna li jitkellmu ma’ xi ħadd dwar kif iħossuhom. It-tabib jew infermiera tiegħek jistgħu jirreferuk biex tara social worker (ħaddiem soċjali) jew psikologu.
Hemm ukoll organizzazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni u sapport, inkluż:
- Cancer Council 13 11 20
- Canteen (għal żgħażagħ bejn it-12 u l-25 sena) 1800 835 932.