General cancer information

Ibqa’ b’saħħtek emozzjonalment (Staying emotionally well) star_border Save this page

Meta jkollok kanċer dan jista’ jkun stressanti ħafna u jista’ jikkawża ħafna emozzjonijiet differenti.

Jista’ jibdel kif inti tħossok dwarek innifsek u jista’ jaffettwa r-relazzjonijiet tiegħek ma’ persuni oħrajn.

M’hemmx mod  tajjeb jew ħażin kif tiffaċċja l-kanċer. Kulħadd jiffaċċjah b’modi differenti.

Huwa importanti li tkun taf li hemm professjonisti u organizzazzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jissapportjawk, u li jgħinuk issib modi kif tiffaċċjah. Tkellem mat-tabib jew infermiera tiegħek jekk tixtieq li tiskopri aktar.