L-emozzjonijiet u l-kanċer (Feelings and cancer)
Meta tirċievi dijanjożi tal-kanċer, dan jista’ jkun żmien diffiċli emozzjonalment.
M’hemmx mod tajjeb jew ħażin kif tiffaċja l-aħbar. Hija normali li tħossok anzjuż u emozzjonali, u l-biċċa l-kbira tan-nies għandhom bżonn iż-żmien biex jaġġustaw.
Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, tista’ ċċempel lis-Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar (TIS) fuq 13 14 50 u staqsihom biex iqabbduk man-numri ta’ sapport ipprovduti f’din il-paġna.
Emozzjonijiet meta jkollok kanċer
Dijanjożi ta’ kanċer għandha impatt enormi fuq ħajjtek. Tista’ toħloq ħafna emozzjonijiet differenti. Dawn jistgħu jinkludu:
- xokk u ma tridx taċċetta
- ma tistax tkampa
- biża’ u ansjetà
- stress
- tħossok ħati
- dwejjaq u dipressjoni
- telf ta’ kontroll
- tħossok waħdek
Huwa importanti li tkun taf li hemm persuni ma’ min tista’ titkellem u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu.
Modi biex jgħinuk tiffaċċja l-kanċer
Persuni jiffaċċjaw il-kanċer b’modi differenti. Tista’ ssibha utli li:
- Titgħallem kemm tista’ dwar it-tip ta’ kanċer u trattament. Dan jista’ jgħinek biex tħossok li għandek aktar kontroll.
- Esprimi dak li tħoss. Xi persuni isibu li meta jesprimu emozzjonijiet bħal biża’ u rabja, dan jgħinhom biex jaffaċċjaw xi problema. Hemm diversi modi kif tesprimi dak li tħoss, bħal li tikteb fi djarju, jew tpinġija.
- Aċċetta għajnuna mill-familja u ħbieb. Ħafna drabi jixtiequ jgħinu imma forsi għandhom bżonn ta’ ideat mingħandek dwar x’inhu utli.
- Tkellem mat-tabib tiegħek jew professjonisti oħra tas-saħħa li qed jieħdu ħsiebek dwar kif qed tħossok.
- Tkellem ma’ nies oħrajn li għandhom kanċer jew li kellhom kanċer fil-passat. Dan jista’ jgħinek tifhem x’tista’ tistenna mill-kanċer u t-trattament.
- Ħafna nies isibu tama u konfort ukoll fit-twemmin spiritwali u reliġjuż.
Hemm ukoll professjonisti u organizzazzjonijet li jgħinu persuni biex jiffaċċjaw il-kanċer:
- Il-linja ta’ Informazzjoni u Sapport tal-Cancer Council, 13 11 20, għandha staff mħarreġ apposta li jistgħu jgħidulek dwar gruppi u servizzi ta’ sapport.
- Tista’ wkoll titlob biex tara counsellor jew psikologu fil-klinika tat-trattament tal-kanċer tiegħek, jew permezz tat-tabib tal-familja tiegħek.