General cancer information

Kwistjonijiet relazzjonali (Relationship issues)

General cancer information

Kwistjonijiet relazzjonali (Relationship issues) star_border Save this page

Meta jkollok kanċer, dan jaffettwa lilek, lis-sieħeb tiegħek, u lill-familja u ħbieb tiegħek. Dan jista’ jibdel ir-relazzjonijiet f’diversi modi.

Persuni jsibu modi differenti kif jimmaniġġjaw dan, u jeżisti sapport jekk għandek bżonn dan.

Ir-relazzjoni mas-sieħeb tiegħek

Il-kanċer jista’ jpoġġi ħafna pressjoni fuq ir-relazzjoni tiegħek mas-sieħeb tiegħek. Huwa żmien ta’ konfużjoni, stressanti u emozzjonanti għalikom it-tnejn. Għal xi koppji, dan jista’ jqarribkom aktar lejn xulxin, imma għal oħrajn, dan jista’ jikkawża diffikultaijiet.

M'hemm l-ebda mod korrett kif tiffaċċja l-kanċer. Madankollu, hemm affarijiet li tista’ tagħmel biex tgħin lir-relazzjoni tiegħek:

  • Tkellem mas-sieħeb tiegħek dwar x’qed tħoss u kif il-kanċer affettwalek ħajtek.
  • Ikteb xi tħoss fi djarju jew blog biex jgħinek biex tanalizza l-emozzjonijiet tiegħek.
  • Ippjana attivitajiet u ħarġiet mas-sieħeb tiegħek.
  • Għid lis-sieħeb tiegħek kif jista’ jissapportjak.
  • Tkellem ma’ counsellor waħdek jew mas-sieħeb tiegħek.
  • Tkellem ma’ persuni li għaddew minn sitwazzjonijiet simili.
  • Ċempel lill-Cancer Council għal sapport u pariri 13 11 20.

Relazzjonijiet mal-familja u l-ħbieb

Il-familja, il-ħbieb u l-kollegi tax-xogħol ser ikollhom reazzjonijiet differenti għall-kanċer tiegħek:

  • Xi wħud ser ikollhom id-dwejjaq u ma jkunux jafu x’ser jgħidu, u oħrajn ser ikollhom ħafna mistoqsijiet.
  • Xi wħud forsi jgħidu affarijiet li mhumiex xierqa jew li ser idejjquk. Ġeneralment ma jagħmlux dan apposta, imma jista’ jkun li l-aħbar tiegħek ħadithom b’sorpriża.
  • Oħrajn jistgħu jevitawk għax ma jafux x’jaqbdu jgħidu. Dan jista’ jagħmillek id-dwejjaq, u forsi tħossok diżappuntat jew irrabjat.
  • Waqt it-trattament, ċerti persuni ser ituk ħafna sapport, anke persuni li ma kontx taf ħafna qabel. Oħrajn li taf sew, forsi jitbiegħdu. 

Kif tħossok jista’ wkoll jaffettwa r-relazzjonjiet.

  • Ser ikun hemm xi drabi meta ma tkunx trid titkellem, u m’hemm xejn ħażin b’dan. Tista’ tgħid ‘’Grazzi talli saqsejtni, imma ma nixtieqx li nitkellem dwaru bħalissa’’.
  • Xi drabi oħra, forsi tkun tixtieq li tgħaddi ħin ta’ kwalità ma’ ħaddieħor.

Jista’ jkun t’għajnuna li tingħaqad ma’ grupp ta’ sapport u titkellem ma’ oħrajn f’sitwazzjonijiet simili. Il-Cancer Council jopera gruppi ta’ sapport u jagħti sapport bit-telefown.

My notes: