Tħassib dwar is-sess (Sexual concerns)
It-tħassib dwar is-sess huwa komuni wara dijanjożi u trattament tal-kanċer. Dawn jistgħu jinkludu bidliet fiżiċi, li tħossok anqas attraenti u li titlef l-interess fis-sess.
Jekk għandek kwalunkwe waħda minn dawn il-problemi, hemm servizzi li jistgħu jgħinu.
Tħassib dwar is-sess meta jkollok kanċer
Hemm diversi affarijiet relatati mad-dijanjożi u t-trattament tal-kanċer li jistgħu jikkawżaw tħassib dwar is-sess.
Dawn jinkludu:
- bidliet fiżiċi
- bidliet emozzjonali
- problemi fl-intimità
- anqas interess fis-sess
- bidliet kif tara lill-ġismek
- problemi ta’ fertilità.
Kif tiffaċċja tħassib dwar is-sess
Is-sitwazzjoni hi differenti għal kull wieħed u tħassib dwar is-sess jaffettwa lil xi persuni aktar minn oħrajn. Jiddependi jekk intix attiv sesswalment, u jekk qiegħedx f’relazzjoni.
Anke jekk qed ikollok problemi bis-sess, xorta waħda jista’ jkollok relazzjoni intima. Li tkun intimu ma’ xi ħadd jinvolvi li tkun qribhom fiżikament u emozzjonalment. Huwa possibli li jkollok relazzjoni intima mingħajr ma tagħmel is-sess.
Is-saħħa sesswali tiegħek hija importanti imma tista’ tkun diffiċli li tiddiskutiha mat-tabib jew infermiera tiegħek. Tista’ tkun aktar faċli li titkellem ma’ social worker jew counsellor, li jistgħu jagħtik tagħrif u għajnuna.
Jekk inti sesswalment attiv waqt it-trattament, kellem lit-tabib jew infermiera tiegħek dwar xi prekawzjonijiet għandek tuża. Ħafna trattamenti tal-kanċer jistgħu jagħmlu ħsara lit-tarbija fil-ġuf, u għalhekk trid tevita tqala.